Kliem il-Fieragħ
·
“Mhux fjer. Korrotti. Ħbieb tal-Ħbieb. Issa jmiss lilna. Issa daqshekk. Roadmap. Tagħna lkoll. Gvern ta’ Kullħadd. Għal kullħadd. Tagħna lkoll. Neħilsu iċ-ċittadin mil-jasar u mit-tgħakkis tal-kontijiet. Tagħna lkoll. Tagħna lkoll.” Xi krexxendo sabiħ. Ifjen mill-oħla kant tal-knejjes kattoliċi. Il-kant tal-emmna fejn il-kelma hija il-qofol ta’ kollox. Verbum Dei. Il-kelma issawret fl-imħażen tal-partit u twasslet ma’…