Din għalikom, li mingħalikom…
·
Is-sena intemmet bit-tajjeb. Intfejna xi ftit mid-dinja tal-opinjoni u intfajna xi ftit fuq ir-riflessjoni. Nifs ‘il ġewwa qabel ma terġa’ tibda tonfoħ. Kelli ċans nisma’ u ntaffi ftit mill-fatt li, issa li qed noqrob l-għaxar snin ‘il bogħod mill-gżejjer, il-politika insegwiha tabilħaqq bl-aloofness sanitarizzat. Titfa’ widnejk ma’ l-art bħal xi indjan fil-films tal-kajbojs (mhux Johnny) u tgħarrex…