Diskors ta’ Immanuel Mifsud waqt dimostrazzjoni tan-Netwerk ta’ Soċjetá Ċivili
·
Diskors qed jiġi riprodott bil-permess tal-awtur. Tliet snin ilu, fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika, il-President Coleiro Preca għamlet diskors li fih appellat lis-soċjetà ċivili biex din ixxammar il-kmiem u taħdem hija wkoll għall-ġid tar-Repubblika. F’dak id-diskors, il-President saħqet li d-demokrazija tal-pajjiż teħtieġ li s-soċjetà ċivili tkun soċjetà kritika “li tirrifjuta li tkun oġġett tal-istorja, li tinsisti…