Category: Library
-

Din għalikom, li mingħalikom…
Is-sena intemmet bit-tajjeb. Intfejna xi ftit mid-dinja tal-opinjoni u intfajna xi ftit fuq ir-riflessjoni. Nifs ‘il ġewwa qabel ma terġa’ tibda tonfoħ. Kelli ċans nisma’ u ntaffi ftit mill-fatt li, issa li qed noqrob l-għaxar snin ‘il bogħod mill-gżejjer, il-politika insegwiha tabilħaqq bl-aloofness sanitarizzat. Titfa’ widnejk ma’ l-art bħal xi indjan fil-films tal-kajbojs (mhux Johnny) u tgħarrex…
-

Il-Vapur ghal Betlehem
Qbadna il-kju mill-Ghadira. Il-Hadd imqaddes. Kju karozzi Maltin ta’ Malta li ghogobhom jghaddu l-ahhar Hadd tas-sena f’Ghawdex. Allajbierek. “Ghawdxi tajjeb aharqu” jghidu. Ma’ l-ewwel cans li jkollhom imaqdru ‘l Ghawdex u lill-Ghawdxin. Imma min imaqdar irid jixtri jghidu u f’dan il-kaz ix-xewqa tax-xerrej tigi ikkargata ghira. Kju jibda mill-Ghadira. Min jipprova jaqbez, min jirnexxilu b’komplicità…
-

Philip
Illum wara nofsinhar ġej insellimlek. Martek qaltilna ma nilbsux kulur id-dwejjaq. Qaltilna li ma kontx tkun tixtieq, u minkejja li ma nafekx sew naqbel. Biex nilbsu lewn ħsibijietek u tbissimtek inkunu irridu qata’ sew mill-materjal tal-hippies, dawk tal-psikedeliku. Kif għidtlek, ma nafekx sew Philip. Bilkemm kont indunajt li għandek (għax tibqa’ għal dejjem) affinita għall-inkwina. Nafek…
-

Niftakar filgħodu
Niftakar li l-arloġġ kien idoqq mas-sitta nieqes għaxra. Ma kontx inbagħti biex noħroġ minn soddti daqs kemm inbagħti llum. Missieri kien iħalli ir-radju mixgħul fuq l-istazzjon nazzjonali sa’ minn kmieni. Missieri kien jiddejjaq li nirreferi għalih bħala “missieri”… mhux kwistjoni ta’ paternita’ miċħuda imma kien jippreferi sempliċement li insejjaħlu “il-pa”. Tar-radju filgħodu ma kenitx drawwa…

