Tirritorna ir-rubrika Kinnie & Twistees fuq j’accuse (ghax iddum inqas ittellaghha hawn milli toqghod ittella’ ohra fil-blogg l-iehor). Erba’ kelmiet bejn haga ohra dwar dak li qed jigri go Lussemburgu, gewwa Malta u fl-Ewropa. K&T – ikel u xorb ghal generazzjoni X.
Bhalissa li kelli naghzel soundtrack ghall-pass kwazi frenetiku li ghaddejjin bih hawn kieku naqla’ din id-diska mill-kaxxi tal-memorja ta’ generazzjoni ohra. The Who ikantaw Baba O’Riley dwar s-suldati mohlija fil-Vietnam. Taqra’ l-ahbarijiet ta’ llum minn fuq l-internet, il-gazzetti jew TV u tibqa’ b’dik it-toghma ossimoronika – qarsa u helwa fl-istess hin. Id-dipressjoni ekonomika ghadha bilkemm bdiet tinhass kif suppost. S’issa smajna il-garr imma il-mizerja ghadha ma hix maghna. Filwaqt li tajjeb li tittama li l-mizerja ma tasal qatt ma tistax ma tikkuntemplax il-possibilità li l-materjalizmu li drajna fis-snin disghin u fil-bidu ta’ dan is-seklu ser ikollna niccahdu ftit minnu ghal xi zmien.
Fl-istess waqt li d-dipressjoni tispira l-arti u l-muzika b’injezzjoni ta’ kreattività ddisprata it-teknologija tibqa’ ghaddejja bir-ritmu mghaggel u inkredibbli. L-izvilupp u l-progress qed jaghmel tieghu. Il-Golf tal-Messiku mghedded bl-ikreh capep ta’ zjut – frott ta’ kilba ghall-ahhar qtar tad-deheb l-iswed. Is-sistema kapitalista splodiet il-gewwa (implodiet?) minhabba ukoll riskji u nfieq bla razan. Ma hix l-ahhar tad-dinja imma anki l-kalendarju Majan li jieqaf fis-sena 2012 ihassbek ftit mhux hazin.
Stramba – il-progress jibqa’ ghaddej – johrog l-iphone il-gdid, il-generazzjonijiet tal-majkrocipps u kompjuters jitwieldu meta dawk ta’ qabilhom ikunu lanqas biss ghadhom indraw. Issa studji ricenti qed jistaqsu x’effetti ser ikollu l-izvilupp teknologiku fuq l-imhuh. Il-progress teknologiku ser ifisser rigressjoni mentali? U l-arti u l-muza tista’ tissupera din il-biza?
Interessanti. Merhba lura ghal Kinnie u Twistees.

![Reblog this post [with Zemanta]](http://img.zemanta.com/reblog_e.png?x-id=1dc3b18d-6e8d-4685-8580-ba2903a37eed)
![Reblog this post [with Zemanta]](http://img.zemanta.com/reblog_e.png?x-id=0fe1a683-8e47-4199-8988-cbbfd76f2a02)
![Reblog this post [with Zemanta]](http://img.zemanta.com/reblog_e.png?x-id=9cd1c1ff-4ecc-470d-a9fc-2d1b18c570cc)
![Reblog this post [with Zemanta]](http://img.zemanta.com/reblog_e.png?x-id=d2847025-e21b-4fc1-8cad-ce393017cb1e)