Categories
Rubriques

Non Sequitur #95 Honorarium

From the table of the house comes a random collection of PQs (parliamentary questions) and their answers. This, ladies and gentlemen, is the stuff honoraria are made of. You’ve got to love MP Silvio Parnis’ dedication to the old and aged. It’s the table of your house of reps ladies and gents… it’s where you read about how Malta gave 5,000 € for the maintenance of Auschwitz-Birkenau, that the Hijab is not prohibited on the workplace in government depts and that information is still forthcoming about milking cows and goats.

Here’s a (random) selection:

*********************************************

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22327 Data: 20/12/2010
Seduta: 296 – 10/01/2011 09:00 AM
Seduta Interim:
Titlu: Fond Auschwitz-Birkenau – flus offruti

L-Onorevoli OWEN BONNICI
staqsa lill-Onorevoli TONIO BORG (Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin):

Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm offriet Malta fi flus għall-fond ta’ Auschwitz-Birkenau li twaqqaf biex jiġu mantnuti l-kampijiet oriġinali wara appell tad-direttur tal-mużew Piotr Cywinski?


Tweġiba:
Malta offriet is-somma ta’ € 5,001.50 għall-fond tal-Fondazzjoni Auchwitz-Birkenau. Dan il-pagament tħallas f’ Ġunju 2010.

*********************************************

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22330 Data: 20/12/2010
Seduta: 296 – 10/01/2011 09:00 AM
Seduta Interim:
Titlu: Reliġjon Musulmana fuq il-post tax-xogħol

L-Onorevoli GINO CAUCHI
staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux permess lil persuni nisa, ċittadini Maltin li jħaddnu reliġjon Musulmana, jilbsu l-velu (Hijab) waqt li jkunu fuq il-post tax-xogħol tagħhom f’dipartimenti, aġenziji u kumpaniji tal-gvern?


Tweġiba:
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda regola għall-impjegati tal-gvern li timpedixxi li jintlibes il-velu (Hijab)

*********************************************

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22292 Data: 14/12/2010
Seduta: 296 – 10/01/2011 09:00 AM
Seduta Interim:
Titlu: qligħ ta’ flus minn wiri ta’ films pornografiċi

L-Onorevoli ADRIAN VASSALLO
staqsa lill-Onorevoli CARMELO MIFSUD BONNICI (Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):

Billi l-liġi ta’ Malta tgħid li ħadd ma jista’ jaqla’ flus minn wiri ta’ films pornografiċi, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija għadha ma ħadet ebda passi kontra lukandiera u kontra sidien tal-cable tv li qed ixandru u hemm min anke ammetta li qed jikser il-liġi sfaċċatament? Fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija illum, sitt xhur wara li l-Ministru stess ordnalhom jinvestigaw l-ovvju?


Tweġiba:
Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

*********************************************

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22248 Data: 07/12/2010
Seduta: 296 – 10/01/2011 09:00 AM
Seduta Interim:
Titlu: investigazzjoni dwar tfiegħ ta’ bajd fuq karozzi u djar

L-Onorevoli EDWIN VASSALLO
staqsa lill-Onorevoli CARMELO MIFSUD BONNICI (Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):

Jista’ l-Ministru jinvestiga permezz tal-Pulizija fl-Għassa tal-Mosta, min kien il-persuna/i li għal darbtejn nhar ta’ Ħadd konsekuttivament għamlu straġi fi Triq Dawret il-Wied, Triq il-Bwieqi u Triq il-Fuħħar żona ta’ Santa Margerita fil-Mosta, fejn dawn il-persuni waddbu mijiet ta’ bajd fuq il-karozzi u mal-faċċata tal-bini fejn għamlu ħsara bi tbajja li jħalli warajh t-tfiegħ tal-istess bajd?


Tweġiba:
Ninsab infurmat illi l-Pulizija, filwaqt li għadha qed tinvestiga l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, qiegħdha tagħmel aktar sorveljanza fl-inħawi msemmija.

*********************************************

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22228 Data: 07/12/2010
Seduta: 295 – 14/12/2010 09:00 AM
Seduta Interim:
Titlu: Sid ta’ Razzett – ngħaġ u baħar tal-ħalib

L-Onorevoli EDWIN VASSALLO
staqsa lill-Onorevoli GEORGE PULLICINO (Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali):

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21674 u jgħid jekk huwiex permessibbli li sid ta’ razzett li fih irabbi n-ngħaġ tal-ħalib, ikun jista’ jrabbi ukoll baqra għall-ħalib? Jekk dan mhux permessibbli, jista’ jgħid għaliex dan mhux possibbli?


Tweġiba:
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.

*********************************************

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22171 Data: 06/12/2010
Seduta: 295 – 14/12/2010 09:00 AM
Seduta Interim:
Titlu: Riklami fuq il-kuntratti tal-BWSC

L-Onorevoli OWEN BONNICI
staqsa lill-Onorevoli AUSTIN GATT (Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni):

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew ir-riklami fil-ġurnali intitolati “the truth prevails BWSC contract“? Fejn dehru? F’liema ġurnali?


Tweġiba:
Ninforma lill-Onor Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

*********************************************

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22122 Data: 02/12/2010
Seduta: 295 – 14/12/2010 09:00 AM
Seduta Interim:
Titlu: Ħsara fit-telephone

L-Onorevoli SILVIO PARNIS
staqsa lill-Onorevoli AUSTIN GATT (Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni):

Jista’ l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjana li rrapportat xi xahar ilu peress li t-telephone tagħha (li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament) huwa bil-ħsara?


Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materja in kwistjoni ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

*********************************************

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22094 Data: 01/12/2010
Seduta: 295 – 14/12/2010 09:00 AM
Seduta Interim:
Titlu: każ ta’ post ta’ anzjana

L-Onorevoli SILVIO PARNIS
staqsa lill-Onorevoli DOLORES CRISTINA (Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja):

Tista’ l-Ministru tara l-każ  ta’ anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li din kellha toħroġ minn post 18-il sena ilu, li kellu area kbira u apparti dan l-gvern ta l-post bil-kera u din il-kera għadha titħallas sal-lum, pero’ llum jidher li l-gvern se joffri biss xi  €14.000 għal dan il-post, meta din hija somma li llum lanqas garage ma tixtri biha?


Tweġiba:

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment.

*********************************************

Leġislatura XI Kategorija ORAL
Mistoqsija Numru: 22101 Data: 01/12/2010
Seduta: 294 – 07/12/2010 06:00 PM
Seduta Interim:
Titlu: Qrati Maltin – Kawżi ta’ libell pendenti

L-Onorevoli ĊENSU GALEA
staqsa lill-Onorevoli CARMELO MIFSUD BONNICI (Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern):

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ kawżi ta’ libell li huma pendenti quddiem il-Qrati Maltin u li fihom hemm bħala atturi membri parlamentari? Kemm ilhom pendenti dawn il-kawżi tal-libell quddiem il-Qrati Maltin?


Tweġiba:
Ninsab infurmat illi sat-3 ta’ Diċembru kien hemm 47 kawża ta’ libell pendenti li fihom hemm bħala atturi Membri Parlamentari. Infurmat illi dawn il-kawżi ilhom pendenti kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:-

Enhanced by Zemanta
Facebook Comments Box

2 replies on “Non Sequitur #95 Honorarium”

Mistoqsija Numru: 22228
… ngħaġ u baħar [sic] tal-ħalib …
il-bahar l-abjad fejn jinsaghab, hdejn il benna jew ?!?!?!

some parliamentary clerk must have a good sense of humor :-)

From today’s sitting:

L-Onorevoli OWEN BONNICI staqsa lill-Onorevoli LAWRENCE GONZI (Prim Ministru):

B’referenza għall-konferenza stampa uffiċjali li l-Kanċilliera Tedeska Angela Merkel u l-Prim Ministru taw nhar l-10 ta’ Jannar 2011, jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra għaliex meta f’dik l-okkazjoni l-Kanċilliera Tedeska użat il-lingwa nattiva tagħha – tant li kien hemm servizz ta’ traduzzjoni instantanja – l-Prim Ministru Malti uża lingwa barranija ċioe l-Ingliż u mhux il-Malti meta l-Malti hu bir-raġun lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea daqs it-Tedesk?

Tweġiba:

Peress li ma kellhiex mistoqsijiet fil-lingwa Maltija, ma weġbitx bil-Malti.

Pity there was no question in Maltese; we would have heard Merkel speak the language of Dun Karm.

Jacques, I think it’s time to start a blog dedicated to PQs!

Comments are closed.