Toroq fil-baħar
·
Il-fekruna għażlet il-Ġnejna biex tħalli erba’ bajdiet fir-ramel qabel lebbtet lejn il-baħar frisk u nadif ta’ l-ewwel jiem tas-sajf. Ma naħsibx li jeżistu fuljetti informattivi li jitqassmu fost il-fawna Mediterranja li jgħarrfu lil klijenti prospettivi dwar l-aħjar post fejn titfa’ bajdtek u tħalli ‘l uliedek jittantaw xortihom. Is-sinjura Fekruna ma tistax tistħajjilha f’xi kont ta’ Lewis…