Niftakar filgħodu
·
Niftakar li l-arloġġ kien idoqq mas-sitta nieqes għaxra. Ma kontx inbagħti biex noħroġ minn soddti daqs kemm inbagħti llum. Missieri kien iħalli ir-radju mixgħul fuq l-istazzjon nazzjonali sa’ minn kmieni. Missieri kien jiddejjaq li nirreferi għalih bħala “missieri”… mhux kwistjoni ta’ paternita’ miċħuda imma kien jippreferi sempliċement li insejjaħlu “il-pa”. Tar-radju filgħodu ma kenitx drawwa…