Wiċċ taz-zokkor u provokazzjonijiet oħra
·
Il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Simon Busuttil bħalissa bieżel ifakkar lill-kostitwenti tiegħu illi għadu kif ingħata premju bħala wieħed mill-Membri Parlamentari tas-Sena. Fil-każ tiegħu il-premju ingħata fil-qasam tas-saħħa, mid-dehra bħala rikonoxximent ta’ ħidmietu fil-qasam tad-dijabete “minkejja li la hu u la ħadd minn qrabatu ma huma afflitti minn din il-kundizzjoni”. Rajtha ħelwa wisq din tal-premju għall-ħidma…