Ġej budget li ma jitwemminx
·
Difficli li timmaġina li dan il-baġit ikun wieħed li jitwemmen. Difficli, biex niftehmu, li jkun xi baġit fantastiku. Roħs ta’ prezzijiet u taxxi. Jekk jgħidulek li se jseħħu wisq probabbli tkun int l-ewwel wieħed li jgħajjat “Ħożż fl-ilma”. Kumpens għall-għoli tal-ħajja? Insa. Tmienja u ħamsin centeżmu x’ħa tixtri bihom? Forsi pastizz. Tad-dawl u l-ilma aħjar…