Rossini
·
Dan l-aħħar innutajt li “tal-liġi” reġgħu qed itellgħu bosta statuses dwar l-eżamijiet. Ma tantx tgħid “O żmien ħlejju” x’ħin tiftakar l-istress u t-tensjoni dwar x’ħiereġ għall-eżami jew kemm jiflaħ il-moħħ uman jiddiġerixxi informazzjoni u jikklassifikah. L-impossibilta tal-isfida tittaffa biss b’markinġenji varji li suppositament jgħinu biex issalva sal-eżami li jmiss. Bejn bott nutella, litru kafe u…