It-tiftixa tal-klassi mitlufa mill-fond ta’ pultruni sħan
·
Dan l-aħħar dan il-blog ġie akkużat li kien “klassist” u “elitist”. Ġie appik dak il-kumment għax kont diġa fi proċess ta’ thewdin u ħsieb dwar dan il-kunċett ta’ klassi. Fuq diskursata li kienet għaddejja fuq Facebook kont tfajt (iktar bi provokazzjoni milli b’konvinzjoni) li l-“klassi” hija mejta. Mhux għax nemmen li l-idea, il-kunċett astratt ta’…