200 Kelma
·
Iddeskrivi lilek innifsek f’mitejn kelma. Mitejn. Kemm tiflaħ tgħid f’mitejn kelma? X’tip ta’ arbitrarjeta’ hi din? Mitejn kelma miżgħuda tifsir jewilla mitejn mot imlissen b’mod frivolu u qarrieqi li jsawwru maskra – satret il-verita. Tabilħaqq. Għax mill-kelma jsir kollox. Fil-bidu kien hemm il-kelma. U kelma, kelma bi ftit tajn u bżieq sawwar il-bniedem. Ikun…