Categories
Mediawatch

A nation of tree buggers

Strong winds in Luxembourg last night uprooted several trees around the country. Bad weather can be a bummer. That’s bad weather though, in Malta some idiot sitting at a desk decided to kill a tree that had lived through a world war because “it was becoming dangerous for passers by”. The most dangerous naturally occurring thing in Malta is ignorance and it’s spreading out of control.

Il-ballata tal-balluta. – Antonio Tufigno

Jien twelidt qabel il-gwerra, ma kien fini kważi xejn
Kont ftit iqsar minn sitt piedi, u lin-nies ħarist fl-għajnejn

Meta l-ħbit tal-għadu twettaq, fost adrenalina enormi
Min ifittex biex jistaħba, min inemmel bl-uniformi

Imbagħad kollox waqaf f’daqqa, ma baqgħex theżżiż jinħass
Qisha bdiet dinj’oħra kalma, u l-inkwiet maqtugħ b’imqass

Minn quddiemi jgħaddi kollox, ħafna postcards kuluriti
Moviment grazzjuz u varju, rġiel għax-xogħol liebsin puliti

L-għajjat li jdawwallek qalbek, ta’ tfal żgħar qed jieħdu gost
Għax kważi waslu l-Barrakka, ġiri u logħob sfrenat fil-post

Rużar Briffa ħosbien jgħaddi biex fuq bank jikteb bil-qegħda
U l-għarajjes intreċċjati lesti biex jagħmlu kull wegħda

Umbagħad wara xi elezzjoni tkun maħnuqa poplu l-pjazza
Ġemgħa orgażmika għax rebħet, logħba sfida u ġlieda mqaddsa

Sadattant ġibt ruħi sewwa, fini kważi żewġ sulari
U kuntenta b’ħajjti u posti, allavolja minhix rari

Drajt iż-żwiemel u l-karozzi, pjaċir wisq li tkun fil-qalba
Ta’ Belt hekk movimentata, u għal tibdil żgur m’għandix talba

Pero’ llejla ġew ħaddiema, ma jidhrux li ħbieb tal-ġonna
Kienu mgħaġġla, kienu koroh, kienu ‘ed jidgħu bil-Madonna

Issa ma nistax nitkellem jew inħoss sħana jew bard
Issa jien m’għadnix neżisti, għaliex jien dal-lejl sirt l-art.

 

 

 

 

 

 

(Ritratt u poezija migjuba bil-permess tal-awtur.)

Facebook Comments Box