Categories
Arts

Mhux ilsien ħażin

Lil Facebook nistħajlu Paceville. Saru jitkellmu dwaru qisu kull ma ssib fih huwa ħażin u ta’ min jistmerru. Qatt ma nitgħallmu jaħasra. L-ingliżi jgħidu “a bad worker blames his tools”. Ma nafx jekk hemmx frażi ekwivalenti bil-Malti. Issa pero forsi sibt rokna tal-internet fejn insir naf. Dan l-aħħar skoprejt grupp ġdid fuq facebook. Jismu “kelma kelma” hu huwa vjaġġ ta’ tkixxif … fejn wieħed jista’ kuljum jiskopri perli ta’ għarfien ġodda dwar l-ilsien li tagħtna ommna. Ilsien pajjiżna biex niftehmu. U f’dawn il-jiem fejn qażżu il-kukuzzli bil-posts politiċi, dak li għandu x’joffri il-kittieb ta’ “kelma kelma” (qaluli min hu pero ma nafx jieħux gost li insemmih b’ismu allura jieħu prosit anonimu għalissa) huwa oasi ta’ wens.

Jekk trid tkun taf għalfejn nużaw l-espressjoni “qishom id-di u d-do” jew kemm hemm modi differenti biex tgħid “blu jew aħmar” fittex issieħeb fil-grupp. L-indirizz virtwali tiegħu huwa dan: http://www.facebook.com/kelmakelma.mt

Saħħiet.