
Ghadni Kent, midfun f’nofs il-kampanja hlejja. Ironikament is-sistema tat-telefon qajla twassal dawn in-nahat pero b’xorti tajba hawn il-wireless ta’ dar vicin li tippermetti xi forma ta’ komunikazzjoni. Wara tlett ijiem sbieh ta’ xiri gol-belt inkredibbli ta’ Canterbury, u gol-konkrit devastanti ta’ Ashford, u wara li ntlift gol-pjaciri tas-Cinque Ports fl-ahhar waslet il-maltempata illi kienet ilha imwieghda tul il-btala. Hafna ilma, hafna xita u l-ilwien jinbiddlu. Illum jum il-qaddisin kollha – toussaints kif jghidu il-Francizi.
F’dal erbat ijiem mort it-tijatru darbtejn. Darba rajt il-kumpanija komika Spymonkey go “Moby Dick” (eccellenti) go Canterbuy imbaghad rajt lill-imitatur Alistair McGowan gewwa Royal Tumbridge Wells (inkredibbli). Tijatri helwin, ifakkruk fl-ghoxrinijiet u Jeeves u Wooster, prezz accessibilissimu u serata garantita.
Jien se nzur il-kosta u niekol ikla twajba go xi pub iehor. It-toroq ta’ Kent kollha tlajja’ u dojoq – panorama sabiha imma jghajjuk fis-sewqan. L-aqwa li illum toussaints – ghax ghat-telgha kull qaddis jghodd!
